Mur għall-kontenut ewlieni
Agriculture and rural development

Gruppi ta’ djalogu ċivili dwar l-agrikoltura

Il-Kummissjoni Ewropea torganizza djalogu regolari ma’ partijiet ikkonċernati dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-politika agrikola komuni u l-implimentazzjoni tagħha.

Ħarsa ġenerali

Il-Gruppi ta’ Djalogu Ċivili (CDGs) huma gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni speċifiċi għad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Dawn jipprovdu qafas legali u proċedurali uniku għall-konsultazzjoni ta’ partijiet ikkonċernati mhux governattivi. Is-CDGs jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fit-tħejjija ta’ inizjattivi ta’ politika, billi jipprovdu pariri fir-rigward tal-oqsma tematiċi ta’ kompetenza tagħhom meta jkun meħtieġ għarfien espert speċifiku. Barra minn hekk, is-CDGs iwasslu għal skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki, inkluż it-tixrid ta’ informazzjoni fost il-membri tagħhom, u jippermettulhom jimmonitorjaw l-iżviluppi tal-politika fil-qasam tal-attivitajiet tagħhom.

Il-Kummissjoni fetħet sejħa għal applikazzjonijiet biex taħtar il-membri l-ġodda tas-CDGs għall-perjodu 2023-27. L-iskadenza għall-applikazzjoni, inizjalment stabbilita għad-29 ta’ Novembru 2022, ġiet estiża sas-6 ta’ Jannar 2023. Abbażi tal-proċedura ta’ applikazzjoni u kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1368 tat-3 ta’ Awwissu 2022, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ħatar il-membri magħżula għas-7 CDGs il-ġodda.

Aktar informazzjoni dwar is-sejħa għal applikazzjonijiet

Reġistru ta’ Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni

Gruppi ta’ Djalogu Ċivili

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1368 tat-3 ta’ Awwissu 2022 u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/767/UE, il-Kummissjoni waqqfet is-7 gruppi tematiċi ta’ djalogu ċivili fi kwistjonijiet koperti mill-politika agrikola komuni (PAK). 

CAP Strategic Plan and Horizontal matters
Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u kwistjonijiet orizzontali

Il-kwistjonijiet kollha relatati mal-PAK, inklużi l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK fil-pajjiżi tal-UE u l-iżviluppi tal-politika fit-tul.

Laqgħat u dokumenti

cdg Agricultural markets
Swieq agrikoli

L-iżviluppi ekonomiċi u ta’ politika fir-rigward ta’ swieq ta’ setturi differenti ta’ prodotti tal-pjanti.

Laqgħat u dokumenti

cdg animal production
Produzzjoni tal-annimali

L-iżviluppi ekonomiċi u ta’ politika fir-rigward ta’ setturi ta’ prodotti tal-annimali.

Laqgħat u dokumenti

cdg international aspects of agriculture
Aspetti internazzjonali tal-agrikoltura

Il-kwistjonijiet kollha relatati mad-dimensjoni internazzjonali tal-PAK.

Laqgħat u dokumenti

cdg organics
Biedja organika

Il-produzzjoni organika, inkluża l-implimentazzjoni tagħha u miżuri ġodda tal-Kummissjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-perspettivi ta’ politika tas-settur organiku.

Laqgħat u dokumenti

cdg quality and promotion
Kwalità u promozzjoni

L-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, it-termini tal-kwalità fakultattivi għall-prodotti agrikoli, kif ukoll il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli tal-UE.

Laqgħat u dokumenti

cdg environment and climate
Ambjent u tibdil fil-klima

L-aspetti ambjentali u klimatiċi tal-PAK, mill-istrumenti ta’ appoġġ speċifiċi għall-arkitettura ekoloġika ġenerali.

Laqgħat u dokumenti

Kalendarju proviżorju tal-laqgħat tas-CDG

3 OTTUBRU 2023
Provisional calendar CDG meetings – 2023

 

Trasparenza

Il-Kummissjoni se tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha bħal aġendi, minuti, konklużjonijiet, konklużjonijiet parzjali jew dokumenti ta’ ħidma dwar l-attivitajiet imwettqa mill-gruppi ta’ djalogu ċivili li jittrattaw kwistjonijiet koperti mill-PAK.

Se jsiru eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni sistematika meta l-iżvelar ta’ dokument idgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

18 MARZU 2024
Expert group meetings privacy statement

Kronoloġija

  1. Frar/Marzu 2023

    Il-Kummissjoni ħatret l-organizzazzjonijiet membri l-ġodda tas-CDG

  2. Ottubru 2022

    Il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal applikazzjonijiet biex taħtar il-membri l-ġodda tas-CDGs għall-2023-27

  3. Awwissu 2022

    Il-Kummissjoni adottat qafas legali ġdid għas-CDG applikabbli mill-2023

  4. Lulju 2021

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi temporanjament l-organizzazzjoni attwali tas-CDG

  5. Lulju 2014

    Il-Kummissjoni ddeċidiet – abbażi ta’ sejħiet għal applikazzjonijiet – dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ djalogu ċivili.

  6. Diċembru 2013

    Il-Kummissjoni stabbiliet qafas għad-djalogu soċjali.

  7. 1962

    Ġie stabbilit qafas ta’ djalogu mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili li jittratta kwistjonijiet koperti mill-PAK.

    Bil-ħsieb li tiżdied it-trasparenza u li l-interessi rappreżentati jkunu aktar bilanċjati, hemm bżonn li jiġi rieżaminat id-djalogu eżistenti fil-gruppi ta’ konsulenza u jiġi previst qafas ta’ djalogu ċivili fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, inklużi l-aspetti internazzjonali, u li jiġu definiti l-kompiti u l-istruttura tagħhom.

Bażi legali

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1368 tat-3 ta’ Awwissu 2022 li tistabbilixxi Gruppi ta’ Djalogu Ċivili fi kwistjonijiet koperti mill-politika agrikola komuni u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/767/UE

Ir-regoli orizzontali tal-Kummissjoni dwar il-gruppi ta’ esperti: