Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Agriculture and rural development

Nefqa tal-PAK

Graffs b’informazzjoni dwar kif jintefaq il-baġit tal-PAK u pubblikazzjonijiet statistiċi dwar is-settur agrikolu.

Nefqa tal-PAK fin-nefqa totali tal-UE

Din il-graff turi l-iżvilupp tan-nefqa tal-politika agrikola komuni (PAK) matul is-snin bħala sehem mill-baġit tal-UE. Is-sehem naqas matul l-aħħar 40 sena, minn 73,2 % fl-1980 għal madwar 24,6 % fl-2023. Dan it-tnaqqis kompla, anke wara tkabbir suċċessiv tal-UE.

Ix-xejra ’l isfel fis-sehem tal-PAK tal-infiq tal-UE hija prinċipalment dovuta għar-riformi tal-PAK u s-sehem dejjem jikber ta’ politiki oħra tal-UE fin-nefqa tal-UE. It-tnaqqis qawwi mill-2021 huwa marbut man-nefqa ġenerali addizzjonali tal-UE għall-fondi tan-Next Generation EU.

Sorsi: Nefqa tal-PAK: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (Rapport Finanzjarju). Nefqa tal-UE: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.

In-nefqa tal-PAK u l-perkors tar-riforma tal-PAK

Din il-graff turi l-evoluzzjoni tan-nefqa tal-PAK u l-bidla fil-politika.

  • Fis-snin tmenin, l-infiq tal-PAK kien prinċipalment fuq l-appoġġ għall-prezzijiet permezz ta’ mekkaniżmi tas-suq (xiri pubbliku, imsejjaħ ukoll interventi, u sussidji għall-esportazzjoni) li żdiedu sa tmiem id-deċennju minħabba bilanċi favorevoli agrikoli.
  • Fir-riforma tal-PAK tal-1992, l-appoġġ għall-prezzijiet tas-suq tnaqqas u ġie sostitwit b’appoġġ għall-produtturi fil-forma ta’ pagamenti diretti. L-infiq fuq il-miżuri tal-iżvilupp rurali żdied ukoll.
  • L-Aġenda 2000 kompliet il-proċess ta' riforma. Il-politika tal-iżvilupp rurali ġiet introdotta bħala t-tieni pilastru.
  • Bir-riforma tal-2003, il-biċċa l-kbira tal-pagamenti diretti ġew diżakkoppjati mill-produzzjoni attwali peress li kienu bbażati fuq l-irċevuti storiċi tal-bidwi. In-nefqa għall-iżvilupp rurali kompliet tiżdied.
  • Il-Kontroll tas-Saħħa tal-2008 kompla fit-triq tar-riforma tal-PAK, u kompla jnaqqas l-appoġġ għas-suq.
  • Ir-riformi tal-2013 u tal-2023 żammew il-perkors ta’ riforma orjentat lejn is-suq, filwaqt li saħħew ir-rabta tal-appoġġ dirett diżakkoppjat mal-miżuri ambjentali u klimatiċi.
  • Minkejja tkabbir suċċessiv, l-infiq ġenerali tal-PAK bħala sehem mill-prodott domestiku gross (PDG) fil-fatt naqas minn 0,54 % fis-snin disgħin għal 0,36 % fl-2023. Il-ħruġ tar-Renju Unit irriżulta f’żieda relattiva għal 0,38 % tal-PDG tal-UE fl-2021.

Sorsi: Nefqa tal-PAK: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (Rapport Finanzjarju). il-PDG: Eurostat. Nefqa annwali fi prezzijiet kurrenti.

In-nefqa tal-PAK u l-perkors tar-riforma tal-PAK wara l-2013

Din il-graff turi l-evoluzzjoni tan-nefqa tal-PAK mill-1980.

  • Mill-2015 il-pagamenti diretti jinkludu kemm skemi obbligatorji kif ukoll skemi volontarji, skont l-għażliet tal-pajjiżi tal-UE.
  • Iż-żoni skurati fil-graff juru l-enfasi fuq is-sostenibbiltà ambjentali. Dawn jirrappreżentaw pagamenti ta’ ekoloġizzazzjoni (2015-23) u ekoskemi (2024), kif ukoll is-sehem tal-pakkett tal-Iżvilupp Rurali riżervat għal azzjonijiet relatati mal-ambjent u l-klima.
  • In-nefqa għal appoġġ ieħor għas-suq f’dawn l-aħħar ftit snin tinkludi prinċipalment in-nefqa għall-programmi nazzjonali tal-inbid, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, l-iskema tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib għall-iskejjel, il-promozzjoni ta’ prodotti agroalimentari, u l-apikultura.

Sorsi: Nefqa tal-PAK: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (Rapport Finanzjarju). il-PDG: Eurostat. Nefqa annwali fi prezzijiet kurrenti.

Sehem tal-pagamenti diretti u tas-sussidji totali fl-introjtu mill-fatturi agrikoli (medja tal-2018-22)

L-introjtu mill-fatturi agrikoli jirrappreżenta l-introjtu ġġenerat mill-biedja li jintuża biex jiġu remunerati: 

  • fatturi ta’ produzzjoni mislufa/mikrijin (kapital, pagi u kirjiet tal-art), u
  • fatturi ta’ produzzjoni proprji (xogħol proprju, kapital u art).

Dan il-kunċett ta’ introjtu huwa xieraq għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-bidliet fil-livell ta’ appoġġ pubbliku (jiġifieri pagamenti diretti) fuq il-kapaċità tal-bdiewa li jirrimborżaw il-kapital, iħallsu l-pagi u l-kirjiet kif ukoll li jippremjaw il-fatturi ta’ produzzjoni tagħhom stess. Dan l-indikatur tal-introjtu jippermetti tqabbil, peress li s-sehem tal-fatturi ta’ produzzjoni proprji u esterni spiss ivarja b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi tal-UE.

Wieħed jista' jinnota li:

  • Ħafna produtturi tal-UE jiddependu ħafna fuq l-appoġġ pubbliku (pereżempju: pagamenti diretti, fondi għall-iżvilupp rurali). Is-sehem medju tal-UE ta’ pagamenti diretti fl-introjtu tal-fatturi agrikoli fl-2018-22 kien ta’ 23 %. Madankollu, dan aħbi differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi tal-UE, li jvarjaw minn 20 % jew inqas f’Ċipru, fl-Italja, f’Malta, fin-Netherlands u fi Spanja, u għal aktar minn 40 % fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fis-Slovakkja. Meta jitqiesu s-sussidji kollha, l-appoġġ totali tal-UE għall-introjtu agrikolu laħaq medja ta’ 33 % tal-introjtu agrikolu fl-UE.
  • Din il-varjazzjoni wiesgħa fis-sehem tal-appoġġ pubbliku fl-introjtu agrikolu tirrifletti d-distribuzzjoni attwali tal-appoġġ madwar il-pajjiżi tal-UE (prinċipalment abbażi tad-differenzi fl-istruttura tal-azjendi agrikoli f’kull wieħed minnhom). Dan jirrifletti wkoll l-ispeċjalizzazzjoni tal-pajjiżi tal-UE f’setturi differenti u d-differenzi fil-kompetittività tal-agrikoltura madwar l-UE.

Sorsi ta' - ta'Novembru 2024: Nefqa tal-PAK: Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (Rapport Finanzjarju), inklużi l-pagamenti ta’ Next Generation EU għall-2021-22.

Events

Għaddejja
Competitions and award ceremonies
  • Il-Ġimgħa 16 ta' Ottubru 2026, 09.00 - Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2026, 19.00 (CEST)
  • Online biss
Li jmiss
Conferences and summits
  • It-Tlieta 17 ta' Novembru 2026, 09.00 - L-Erbgħa 18 ta' Novembru 2026, 18.00 (CET)
  • Dublin, Ireland