Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Agriculture and rural development

Malta - Il-Pjan Strateġiku tal-PAK

Ħarsa ġenerali lejn l-istrateġija approvata formalment ta’ Malta biex timplimenta l-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE fil-livell nazzjonali, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċess u dokumenti relatati.

Ħarsa ġenerali

300,000 Persuni
Aktar minn 300,000 persuna jgħixu f’żoni rurali f’Malta.
10,400 Farms
Hemm aktar minn 10,400 farm f’Malta, li 90% minnhom għandhom daqs ta’ inqas minn 2 ettari.
10,700 ha Art agrikola
L-erja agrikola totali ta’ Malta hija ta’ 10,700 ettaru (ha).

Għan u strateġija

Il-Pjan Malti tal-PAK jimmira lejn il-ħtiġijiet tas-settur agrikolu bl-għan speċifiku li jipprovdi riżorsi adegwati biex jiġu ssodisfati d-domandi futuri. Dawn jinkludu objettivi ambjentali u klimatiċi, introjtu ġust għall-bdiewa u għall-ħaddiema, it-titjib tal-kundizzjonijiet u l-infrastruttura rurali, teknoloġiji ġodda u d-diġitalizzazzjoni, kif ukoll ir-reżiljenza tal-farms.

factsheet front cover
Mad-daqqa t’għajn: Il-pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Malta

Ħarsa ġenerali lejn l-elementi u l-għażliet ewlenin definiti minn Malta fil-Pjan Strateġiku tal-PAK approvat tagħha għall-implimentazzjoni tal-PAK 2023–27.

  • Skeda informattiva
  • 2 April 2025

Il-PAK sħiħa u l-emendi tagħha huma disponibbli fuq il-paġna web tal-awtoritajiet nazzjonali: il-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Malta. Il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fil-link hija biss ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

Malta tippreżenta l-prestazzjoni, l-infiq, l-outputs u r-riżultati miksuba permezz tas-CSP fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dan ikopri kemm ħarsa ġenerali kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva tal-implimentazzjoni tas-CSP.

Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ta’ Malta għall-2023 fis-sit web nazzjonali (PDF). Il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fil-link hija biss ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Kronoloġija

  1. 11 ta’ Diċembru 2023
  2. 30 ta’ Novembru 2022

    Il-Kummissjoni approvat il-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Malta.

  3. 10 ta’ Novembru 2022

    Malta ppreżentat proposta riveduta, li tindirizza l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ewwel abbozz.

  4. 28 ta’ April 2022

    Il-kummenti ta’ Malta dwar l-ittra ta’ osservazzjoni tal-Kummissjoni.

  5. 31 ta’ Marzu 2022

    Il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ osservazzjoni dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Malta.

  6. 28 ta’ Diċembru 2021

    Malta ppreżentat l-ewwel proposta tagħha għal Pjan Strateġiku tal-PAK.

  7. 18 ta’ Diċembru 2020

    Il-Kummissjoni ħarġet Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li fih rakkomandazzjonijiet għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ta’ Malta.

Bażi ġuridika

Ir-Regolament (UE) 2021/2115 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK).

Dokumenti

Talbiet speċifiċi għal rieżami tal-Pjan Strateġiku tal-PAK
Art. 120 letters – Assessment of the impact on the CSP of changes to Land Use, Land Use Change and Forestry, and the Effort Sharing Regulations
20 Lulju 2023
Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni
Ittri ta’ osservazzjoni
Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD2020 (387) – Malta

Events

Għaddejja
Competitions and award ceremonies
  • Il-Ġimgħa 16 ta' Ottubru 2026, 09.00 - Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2026, 19.00 (CEST)
  • Online biss
Li jmiss
Conferences and summits
  • It-Tlieta 17 ta' Novembru 2026, 09.00 - L-Erbgħa 18 ta' Novembru 2026, 18.00 (CET)
  • Dublin, Ireland