Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Agriculture and rural development
Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika 2026

7 premjijiet f’6 kategoriji li jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-katina tal-valur organiku.

Il-logo organiku tal-Unjoni Ewropea jagħti identità viżiva koerenti lill-prodotti organiċi prodotti fl-UE. Dan jagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi biex jidentifikaw prodotti organiċi u jgħin lill-bdiewa jikkummerċjalizzawhom madwar l-UE kollha.

Il-logo organiku jista’ jintuża biss fuq prodotti li jkunu ġew iċċertifikati bħala organiċi minn aġenzija jew korp ta’ kontroll awtorizzat. Dan ifisser li huma ssodisfaw kundizzjonijiet stretti dwar kif għandhom jiġu prodotti, ipproċessati, trasportati u maħżuna. Il-logo jista’ jintuża biss fuq prodotti meta jkun fihom mill-inqas 95 % ta’ ingredjenti organiċi u barra minn hekk, jirrispetta aktar kundizzjonijiet stretti għall-5 % li jifdal. L-istess ingredjent ma jistax ikun preżenti f’forma organika u mhux organika.

Flimkien mal-logo organiku tal-UE, irid jintwera numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll kif ukoll il-post fejn tkun tkabbret il-materja prima agrikola li tifforma l-prodott, kemm jekk tkun agrikoltura tal-UE kif ukoll jekk tkun agrikoltura mhux tal-UE.

tnax-il stilla bajda ffurmata fil-forma ta’ werqa fuq sfond aħdar
Logo organiku tal-UE

Meta għandek tuża l-logo organiku

Il-logo huwa obbligatorju għall-biċċa l-kbira tal-prodotti organiċi u jrid jintwera skont sett speċifiku ta’ regoli. Dan biex tiġi evitata l-konfużjoni tal-konsumaturi, biex tinżamm il-fiduċja fl-ikel organiku u biex l-awtoritajiet jiġu appoġġati fir-reġimi ta’ spezzjoni tagħhom.

Il-logo għandu jintuża minn:

  • il-prodotti tal-ikel kollha tal-UE ppakkjati minn qabel, prodotti u mibjugħa bħala organiċi fl-UE.

Barra minn hekk, il-logo jista’ jintuża b’mod fakultattiv minn:

  • prodotti importati fejn il-prodott jikkonforma mar-regoli tal-UE dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti organiċi;
  • prodotti organiċi mhux ippakkjati minn qabel;
  • prodotti organiċi tal-UE mqiegħda fis-swieq ta’ pajjiżi terzi;
  • bħala parti minn kampanji ta’ informazzjoni maħsuba biex jedukaw lill-pubbliku dwar l-iskema tal-prodotti organiċi (sakemm ma tkunx qarrieqa jew użata biex timplika li prodott mhux organiku jissodisfa r-rekwiżiti ta’ prodott organiku).

Il-logo ma jistax jintuża għal:

  • prodotti li fihom inqas minn 95 % ta’ ingredjenti organiċi;
  • operazzjonijiet ta’ catering tal-massa bħal ristoranti jew sptarijiet;
  • prodotti li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regoli organiċi bħall-kożmetiċi jew prodotti mill-kaċċa u s-sajd;
  • prodotti f’“konverżjoni” (fejn il-metodi organiċi għadhom kif ġew introdotti u jista’ jkun għad hemm sustanzi mhux organiċi fil-katina tal-ħamrija jew tal-annimali).

Il-logo għandu jintwera skont regoli stretti

  • Il-logo ma għandux ikun iżgħar minn 13,5 mm b’9 mm. Fil-każ ta’ imballaġġ żgħir ħafna fejn dan ma jkunx possibbli, huwa permess 9 mm b’6 mm.
  • Il-logo għandu jintwera fl-iskema standard tal-kulur aħdar u abjad, l-unika bidla permessa hija meta jintuża printer tal-kulur wieħed.
  • Ma jistax jiġi stilizzat (pereżempju billi l-isfond isir trasparenti jew billi jiżdiedu l-effetti 3D).

Aktar informazzjoni dwar kif għandu jintwera l-logo organiku hija inkluża fil-manwal tal-utent fuq il-logo organiku.

Events