Dan il-grupp jittratta l-kwistjonijiet kollha relatati mal-produzzjoni organika, inklużi l-implimentazzjoni tagħha u miżuri ġodda li l-Kummissjoni tista’ tintalab tieħu, l-iżvilupp tal-politika u l-perspettivi tal-politika tas-settur organiku. Dan jista’ jinkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tas-suq għal ċerti prodotti speċifiċi.
Dokumenti
Il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha bħall-aġendi, il-minuti, il-konklużjonijiet, il-konklużjonijiet parzjali jew id-dokumenti ta’ ħidma dwar l-attivitajiet imwettqa mill-grupp ta’ djalogu ċivili dwar il-biedja organika fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti.
Se jsiru eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni sistematika meta l-iżvelar ta’ dokument idgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
- English
Membri tal-grupp ta' djalogu ċivili
Il-lista tal-membri tas-CDG dwar il-biedja organika hija ppubblikata fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili fiż-“żona tal-membri”.

